F’kummenti Ii tat lill-ġurnal ‘The Malta Independent’ – Marlene Farrugia, kap tal-Partit Demokratiku qalet li hi u Simon Busuttil mhux biss huma l-kap tal-partiti rispettivi – il-Partit Demokratiku u l-Partit Nazzjonalista – “imma Simon Busuttil u jien, aħna kapijiet tal-Forza Nazzjonali li trid tara lil Malta timxi fit-triq tad-diċenza, tad-dinjità – u tal-governanza tajba.”
Marlene Farrugia qalet dan meta ntalbet tagħti r-reazzjoni tagħha għall-kummenti li ta l-Prim Ministru Joseph Muscat – wara li l-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil stiednu biex jilqa’ l-isfida ta’ Marlene Farrugia u jagħmel dibattitu magħha.
Joseph Muscat kien sejjaħ il-Forza Nazzjonali bħala koalizzjoni ta’ konfużjoni li lanqas taf min qiegħed imexxiha. Joseph Muscat kien qal li huwa lest jiddibatti ma’ min hu l-kap tal-Forza Nazzjonali u jekk Simon Busuttil riedu jiddibatti ma’ Marlene Farrugia – l-ewwel ħaġa li kellu jagħmel Simon Busuttil – kienet li jirriżenja minn kap tal-Forza Nazzjonali.