Marlene Farrugia iddikjarat li llum hi “deputat tal-Partit Nazzjonalista.”
Meta kienet qed tixhed fil-Qorti fil-kawża li għamel il-Partit Laburista dwar iż-żewġ siġġijiet żejda li ngħataw il-Partit Nazzjonalista minħabba l-mekkaniżmu tal-kostituzzjoni Farrugia stqarret li “it-tielet partit l-animu tiegħu qiegħed f’deputat tal-Partit Nazzjonalista.”
Ikkonfermat ukoll li se tkun suġġetta għall-whip tal-Partit Nazzjonalista. Mistoqsija jekk kinetx membru tal-Partit Nazzjonalista, Marlene Farrugia qalet li fl-elf disgħa mija tmienja u disgħin ħallset tessera għal għomorha anke jekk eventwalment saret tesserata mal-Partit Laburista.
Aqra aktar: Rosette Thake tikkonferma li ma kinetx involuta fil-ftehim ma’ Marlene Farrugia, PBO jwaqqafha milli twieġeb