Skont dettalji ġodda dwar l-azzjoni legali tad-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle, kontra l-grupp tal-midja The Mail, hija qed takkuża lill-gazzetta li għamlet kampanja ta’ stejjer foloz u assurda dwarha għal tliet snin sħaħ.
L-avukati li qed jirrappreżentaw lil Markle qalu li l-gazzetta The Mail on Sunday ppubblikaw siltiet minn ittra privata li bagħtet lil missierha Thomas Markle, biex jiftgħu dell ikrah fuq id-Dukessa.
Il-gazzetta qed tiġi akkużata wkoll li qed tisfrutta lill-missier id-Dukessa, kif ukoll li ffabbrikat storja dwar l-infieq ta’ Meghan u l-Prinċep Harry għad-dar irjali tagħhom mit-taxxi tal-poplu Ingliż.