Meta kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Daniż Jesper Kristiansen, wieħed mit-tliet akkużati mixlija bil-qtil doppju tal-koppja Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski, intqal li nstabu l-marki tas-swaba’ ta’ Kristiansen fuq karozza tat-tip Volkswagen, li allegatament kienet intużat biex it-tliet akkużati ħarbu minn fuq il-post wara s-serqa u l-qtil.Fix-xhieda, xehed rappreżentant minn kumpanija li twassal in-nies li qal li Kristiansen kien uża s-servizz tal-kumpanija wara s-serqa.
Qal li kien Kristiansen li ħallas għas-servizz.