It-tletin ta’ Ġunju ta’ din is-sena jfisser ukoll tmiem l-ewwel esperjenza ta’ Malta fit-tmun tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.
Kienu sitt xhur li matulhom Malta kienet fit-tmun tal-aġenda Ewropea u għal iktar minn darba l-lenti kienet fuq pajjiżna fejn iltaqgħu mexxejja ewropej, uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, burokratiċi u esperti.
Bit-tmiem tal-Presidenza jfisser ukoll li ssir analiżi dwar dak li nkiseb u dak li seta’ nkiseb iktar huma diversi l-ġurnalisti li jagħmlu l-analiżi tagħhom.
Numru ta’ ġurnalisti flimkien għamlu l-analiżi tagħhom għall-ġurnal Politico.