L-avversarju ta’ Mark kien in-Norveġiż xellugi Ingar Gabrielsen, ġgant ta’ l fuq minn 6 piedi u nofs. Spiteri tilef l-ewwel logħba, iżda mbagħad rebaħ it-tieni waħda. Ingar però rnexxielu jirbaħ it-tielet logħba biex ċaħħad lil Spiteri milli jkompli javvanza.
Mark Spiteri kien akkumpanjat minn Kenneth Arpa, Dennis Mercieca u Steve Cassar u l-logħba taghhom fit-team ta’ b’4 b’punteġġ ta’ 923 tinkiteb fir-rekords tal-Malta Tenpin Bowling bħala waħda mill-ogħla logħbiet irrekordjati minn timijiet f’events Internazzjonali.