Ir-Royal Malta Yacht Club ħabbret il-ħatra ta’ Mark Napier bħala l-Commodore il-ġdid tiegħu, wara d-deċiżjoni ta’ David Cremona li jirtira mir-rwol.
Napier, li kien kiseb l-ogħla numru ta’ voti wara Cremona fl-elezzjoni tas-sena l-oħra, ġie elett mill-Kumitat wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali (AGM) li saret reċentament.
David Cremona se jkompli jservi fit-tmexxija tal-Club bħala l-Viċi Commodore filwaqt li Amata Camilleri ġiet maħtura Segretarja Onorarja.
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali rat ukoll l-elezzjoni ta’ żewġ membri ġodda fil-Kumitat: Aaron Gatt Floridia u Simon Xuereb.
Struttura tal-Kumitat tar-Royal Malta Yacht Club
Il-Commodore jintagħżel għal mandat ta’ tliet snin mill-membri tal-Kumitat. Dan sar wara tibdil fl-istatut waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-2024, fejn ġie stabbilit li t-tliet membri bl-aktar voti jservu għal tliet snin, it-tliet membri li jmiss għal sentejn, u t-tliet membri bl-inqas voti għal sena waħda.
Ir-Royal Malta Yacht Club esprima l-gratitudni tiegħu lejn David Cremona ghax-xogħol li wettaq waqt li kien Commodore u lill-membri tal-Kumitat li qed itemmu l-ħatra tagħhom, James Villette u Edgar Warrington, għall-kontribuzzjonijiet siewja tagħhom.
Kumitat Eżekuttiv tar-Royal Malta Yacht Club 2025
Commodore- Mark Napier Viċi Commodore- David Cremona Segretarja – Amata Camilleri Teżorier – Mark Vella Viċi Commodore (Yachting) – Adrian Gauci Borda Viċi Commodore (House) – Mario Debono Viċi Commodore (Special Events) – Georges Bonello DuPuis Membru – Aaron Gatt Floridia Membru – Simon Xuereb