Mark Miller ġie maħtur kowċ ta’ Balzan F.C. għas-sentejn li ġejjin u ser ikun assistit minn Joseph Grech.
Miller, li sa ftit tal-jiem ilu kien il-kowċ ta’ Mosta FC, kien l-għażla tal-kumitat partikolarment tal-President Anton Tagliaferro wara evalwazzjoni ta’ numru ta’ kowċis. Dan qalluh l-istess Balzan FC permezz tal-paġna tagħhom fuq Facebook.
Bla dubju Mark Miller huwa wieħed mill-aktar kowċis esperjenzati f’Malta wara li mexxa numru ta’ timijiet fosthom it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, Hibernians F.C., Valletta Football Club u Qormi F.C.