Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi se jkollha lill-Kurunell Mark Mallia bħala l-Kap Eżekuttiv ġdid tagħha.
Dan b’effett mix-xahar id-dieħel u wara li Carmen Ciantar tat ir-riżenja tagħha u ġiet milqugħa mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.
Filwaqt li l-Ministru rringrazzja lil Carmen Ciantar, huwa awgura lil Mark Mallia għall-irwol il-ġdid tiegħu fiż-żmien li ġej. Mallia kien qiegħed jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Identità.
Intant, Steve Agius ħa post Mallia bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Identità.
Matul l-aħħar erba’ snin, Agius kien iċ-Chief Operating Officer fl-Isptar Mater Dei fejn anke kien il-kap tal-programm nazzjonali tat-tilqima kontra l-COVID-19. Il-Ministru Byron Camilleri feraħ lil Steve Agius għall-irwol ġdid li ngħata f’din l-aġenzija, u irringrazzja lill-Kurunell Mark Mallia tal-ħidma li għamel għal din l-aġenżija.