L-ewwel tellieqa tal-Hudson Race Series laqgħet numru kbir ta’ atleti fil-Kottonera fuq rotta storika, fejn 300 parteċipant ħadu sehem f’rotta ċatta u veloċi. Il-parteċipanti setgħu jagħżlu bejn żewġ distanzi—10km jew 5km. Il-kundizzjonijiet fil-ġurnata ra temp frisk iżda xemxi.
Tellieqa ta’ 10km
Mark Herrera ħa t-tmexxija quddiem Jemima Farley, li kienet viċin ħafna għal parti kbira tat-tellieqa, sakemm fil-ħames kilometru Herrera daħal bil-qawwa biex jiftaħ aktar il-vantaġġ tiegħu. Minkejja dan, Farley kienet it-tieni atleta li waslet sal-linja finali, u b’hekk rebħet il-kategorija tan-nisa. It-tieni raġel li spiċċa fuq il-podju kien Daniel Portelli, segwit minn Gianni Ciappara. Wara Farley fuq il-podju tan-nisa kienu Josann Attard Pulis u Ritianne Zammit.
Tellieqa ta’ 5km
F’din id-distanza, tellieqa mill-qrib rat lil Alessandro Vizzini jirbaħ b’distakk ta’ żewġ sekondis biss fuq Kersten James. Miguel Cassar kiseb it-tielet post b’prestazzjoni b’saħħitha. Fit-tellieqa tan-nisa, Charyl Fava ukoll tat prestazzjoni tajba segwita minn Nadia Mifsud fit-tieni post u Lorna Mifsud fit-tielet.
“Din it-tellieqa tassew turi s-sbuħija tat-tlett ibliet, li tgħaqqad l-istorja mal-isport b’mod uniku,” qal Charlie Demanuele, Direttur tat-Tellieqa. “Ninsabu soddisfatti ħafna bil-parteċipazzjoni inkredibbli u kuntenti li l-ewwel tellieqa tal-Hudson Race Series bdiet b’nota pożittiva bħal din, speċjalment hekk kif din is-sena niċċelebraw l-għaxar anniversarju tal-ewwel tellieqa fis-serje.”
Fost il-parteċipanti kien hemm l-atleta veteran Godwin Tonna, li għandu r-rekord impressjonanti li ħa sehem f’kull edizzjoni minn meta nbdiet is-serje fl-2015.
L-organizzaturi esprimew l-apprezzament tagħhom lejn Hudson Group għall-appoġġ kontinwu tagħhom kif ukoll lit-tim tal-uffiċjali tat-tlielaq, it-tim mediku u loġistiku, Transport Malta, kif ukoll il-kunsilli lokali ta’ Bormla, Isla u Birgu.
It-tellieqa li jmiss se ssir fis-6 ta’ April fil-Maqluba. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit elettroniku – https://10kseriesmalta.com.
(Photos Credit: Albert Camilleri)