Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ingliż, Mark Field ġie sospiż wara li nqabad jimbotta b’mod goff attivista dwar it-tibdil fil-klima.
Il-filmati juru lil Field iqum minn fuq is-siġġu jipprova jwaqqaf lill-attivista billi mbottaha waqt li dimostranti oħra xekklu l-bidu tad-diskors annwali tal-Kanċillier Philip Hammon dwar l-ekonomija fir-Renju Unit.
Mark Field iddikjara li rreaġixxa b’dak il-mod għax ħaseb li l-attivista kellha xi arma filwaqt li talabha appoloġija talli mexa magħha b’dak il-mod agressiv.