Il-Qorti mmultat lill-eks Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, ħames mitt ewro, wara li għal darb’ oħra ma tfaċċax għal kawża li għandu dwar theddid online fil-konfront tal-membru parlamentari Laburista, Rosianne Cutajar.
Camilleri ġie nnotifikat mill-Qorti għal diversi drabi, fosthom meta kellu attività fil-pubbliku, u anki ntbagħtet notifika d-dar tiegħu.
F’dan il-każ, Mark Camilleri ma attenda għall-ebda seduta u l-Qorti, uppreseduta mill-Maġistrat Simone Grech, iddikjaratu ħati ta’ disprezz fil-konfront tal-Qorti.