Għal darb’ oħra l-awtur u eks Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, reġa’ ma tfaċċax il-Qorti wara li xahar ilu ġie ordnat jitressaq il-Qorti taħt mandat ta’ arrest.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Camilleri jinsab akkużat b’theddid fil-konfront tal-Membru Parlamentari Rosianne Cutajar, permezz ta’ powst fuq Facebook . Wara li nħareġ il-mandat ta’ arrest meta ma kienx deher fil-Qorti f’Mejju, kien qal li kien se jidher quddiem il-Qorti, iżda dalgħodu reġa’ ma tfaċċax.
Il-kawża ġiet differita għax-xahar id-dieħel, u l-mandat ta’ arrest għadu miftuħ.