Mark Camilleri huwa r-raġel li aktar kmieni tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fit-telgħa ta’ Selmun. Il-kaħż seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ waranofsinhar meta għal xi raġuni l-mutur tal-għamla KTM misjuq mill-vittma ħabat f’karozza tal-għamla Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ disgħa u erbgħin sena mil-Litwanja u li toqgħod San Pawl il-Baħar.
L-ewwel ma waslu fuq il-post sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna kienu membri tal-Protezzjoni Ċivili mill-istazzjon tax-Xemxija li kienu stazzjonati mitt metru ‘l bogħod minn fejn seħħ l-inċident.
Ftit tal-mumenti wara wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ċċertifika lill-Mellieħi mejjet fuq il-post.
Il-mara ngħatat assistenza medika ukoll u ttieħdet l-Isptar Mater Dei minħabba li kienet qiegħda ssofri minn qatgħa kbira.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li ħatar diversi esperti forensiċi u tat-traffiku sabiex jgħinuh fl-investigazzjoni.
Kawża tal-inċident it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku għal diversi sigħat.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/02/01/bil-filmat-ragel-imut-wara-habta-bmutur-1/