Ġurnata oħra u gidba oħra min-nies viċin l-għaqda Repubblika.
Dan hekk kif fil-blog tiegħu, Mark Camilleri qal li l-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija LESA, Svetlick Flores huwa l-kuġin tal-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.
Din is-suppost aħbar ġabet iċ-ċaħda totali mill-Ministru Byron Camilleri.
F’kitba fuq il-midja soċjali, Dr Camilleri qal li din l-istorja ta’ Mark Camilleri “hija gidba mill-bidu sal-aħħar”.
Intqal li meta huwa nħatar Ministru, Svetlick Flores kien diġà jaqdi dmiru fil-Lesa fl-irwol ta’ Direttur.
Il-Ministru Byron Camilleri sostna li ħasra li dak miktub ma jkunx verifikat.