Mark Anthony Sammut għadu kif ħabbar ir-riżenja tiegħu minn President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
Kienet il-Malta Today li żvelat dan fl-aħħar ħin.
Waqt li suppost qed jiltaqa’ l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista dwar min se jieħu s-siġġu ta’ David Stellini fil-Parlament, Sammut ħasad lil kullħadd u kompla joħroġ fil-beraħ il-qasma kbira li teżisti fil-partit immexxi minn Adrian Delia.
Il-fazzjoni ta’ Delia trid li s-siġġu ta’ Stellini jittieħed minn Jean Pierre Debono, li kien hu li ċeda s-siġġu biex Delia sab ruħu fil-Parlament.
Min-naħa l-oħra l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil qed tibqa’ tippersisti li s-siġġu għandu jieħdu l-kandidat Għawdxi Kevin Cutajar.
Filfatt Cutajar ilbieraħ kiteb li se jmur id-Dar Ċentrali biex jieħu s-siġġu ta’ Stellini.
Fl-aħħar sigħat il-fazzjonijiet differenti fil-Partit Nazzjonalista komplew jisparaw il-kanuni fuq xulxin hekk kif dalgħodu fuq l-RTK l-eks Kap Nazzjonalista u l-eks Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi tenna li Delia għandu jpoġġi lilu nnifsu taħt test.
Iżda Delia fuq l-għatba tad-Dar Ċentrali dalgħodu saħaq li huwa mhux lest jisma’ minn dak li qal Lawrence Gonzi.