Il-kantanta Maltija tal-mużika Country u preżentatriċi Marisa D’Amato, ingħatat il-premju ta’ “Best Irish Country Album” bħala Artista Internazzjonali waqt l-Hot Country Awards fl-Irlanda.
Dan ħabbritu D’Amato f’messaġġ fuq is-sit soċjali Facebook.
Hi sostniet li dan hu unur kbir għaliha u li dak li ħadmet tant għalih qed iħalli l-frott. Hi faħħret u rringrazzjat lil Hugh O’ Brien talli tawha l-possibilità li tkanta waħda mill-kanzunetti mill-album tagħha.