Marisa D’Amato wiċċ u vuċi sinonima mas-segwaċi ta’ ONE se tkun qed tingħaqad ma’ Leontine u Debbie Scerri bi programm kuljum fl-iskeda tas-sajf ta’ ONE.

Marisa bl-esperjenza versatili tagħha fil-preżentazzjoni tal-programmi Kalamita u Country Jamboree, u anke l-programmi tar-radju, se tkun mezz importanti biex anke fl-isfont mużikali tagħha tħawwar dan il-programm ġdid li se jibda jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-3 ta’ Lulju li ġej

Marisa, Leontine u Debbie se jkun it-tliet nisa, preżentaturi u kantanti li bejniethom se jmexxu KUMPLIMENTI. Dan se jixxandar wara ONE News tat-3:30pm u jibqa’ għaddej sal-5:30pm. Mistiedna, tgħarif, kompetizzjonijiet, xi tbissima u kanzunetta ma tonqosx biex b’hekk dawn it-tliet personalitajiet li żgur m’għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni, jkunu ta’ kumpanija mill-aqwa dan is-sajf fuq ONE