Il-Prim Ministru Joseph Muscat innomina lil Dr Mario Vella bħala Gvernatur ġdid tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, b’effett mill-ewwel ta’ Lulju.
Vella studja fl-Universita ta’ Malta, Londra u Berlin. L-esperjenza u interessi tiegħu f’dawn l-aħħar 35 sena iffokaw l-aktar fuq l-iżvilupp ekonomiku u l-investiment dirett barrani.
Vella kien Kap eżekuttiv tal-Malta Enteprise fost il-ħafna karigi li okkupa.