Mario Vella magħruf bil-laqam bħala ‘Ta’ Bieżel’ huwa r-raġel li kmieni dalgħodu tilef ħajtu traġikament waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fil-mina ta’ Ħal Kirkop.
Bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali li sellmu l-memorja ta’ Mario u taw l-kondoljanzi lill-qraba tiegħu.
Is-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ Malcolm Paul Galea esprima s-sogħba tiegħu għal din il-mewt. Huwa qal li sa ftit taż-żmien ilu Mario kien għadu jagħmel parti mill-grupp tal-ħaddiema tal-Kunsill Lokali. Huwa kien ilu żmien twil jaħdem fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Dr. Galea wassal il-kondoljanzi lill-qraba tiegħu.
Min-naħa tagħha l-eks Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ, Sarah Agius Saliba rringrazzjat lil Mario tas-servizz tiegħu fil-ħidma tal-Kunsill Lokali.
Hija ppubblikat żewġ ritratti ta’ Mario, magħruf għal bżulija tiegħu, fuq ħidma fit-toroq Maltin.
https://www.facebook.com/malcolmpaulgalea/posts/1205157286536971
Xokk dalghodu. Strieh fis-Sliem Mario. Grazzi tas-servizz tieghek fil-hidma tal-Kunsill Lokali fi zmien li jien kont Sindku.
Posted by Sarah Agius Saliba on Monday, September 28, 2020
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/09/29/bir-ritratti-zebbugi-jmut-wara-li-nqabad-bejn-high-up-u-saqaf-tal-mina-ta-hal-kirkop/