Kif ħabbret din il-paġna ftit tal-ġimgħat ilu, Mario Muscat ġie maħtur Direttur Tekniku fi ħdan Mosta FC, filwaqt li Simon Grech ser ikun l-kowċ tal-goalkeepers tal-istess klabb.
Dan kien l-aħħar kolp ta’ Mosta FC fl-aħħar sigħat, wara li aktar kmieni ħabbru li Jason Vella ġie maħtur team manager filwaqt li Davor Filipovic kien ġie maħtur bħala kowċ tat-tim Mosti.
Matul l-ewwel parti tal-istaġun li għadda Muscat mexxa lill- Senglea Athletic F.C. filwaqt li fl-istaġun ta’ qabel l-ex goalkeeper internazzzjonali Malti mexxa lill-Qormi F.C.