Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario de Marco, personalment attenda għal-laqgħat Kastilja f’isem DB Group sabiex jinnegozja klawsola klawsola l-kuntratt tal-ITS. Qal dan il-Ministru Konrad Mizzi fi tweet fuq Twitter iktar kmieni llum.
Il-Malta Today kienet żvelat kif Mario De Marco kien innegozja l-kuntratt tal-ITS għal DB Group mal-Gvern.
Ftit tal-jiem ilu f’kumment ma’ The Malta Today, De Marco, ikkontradixxa dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, meta implika li taħ għażla bejn li jirriżenja mill-kariga tiegħu jew jieqaf iservi ta’ konsulent legali tad-DB Group.