Fir-reshuffle li kien sforzat jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni, id-deputat Mario De Marco reġa’ ma ngħatax il-portafoll tal-finanzi. Minflok dan il-portafoll ħadu Graham Bencini, li sal-lum kien kelliem għall-isport.
Jerome Caruana Cilia, il-Kelliem tal-Finanzi sa mill-elezzjoni issa se jkun qed isegwi d-dekasteru tal-ekonomija.
Fid-Dar Ċentrali qed jgħidu li għal darb oħra reġgħet għaddiet tal-establishment u De Marco ma ngħatax il-portafoll tal-finanzi. Dan minkejja li ħafna kienu jemmnu li hekk kellu jsir.
Mill-aħħar aġġornamenti li għamel ONE NEWS jirriżulta li Ivan Bartolo se jkun responsabbli mill-Housing u l-pensjonijiet.
Segwi hawn għad-dettalji żvelati iktar qabel.