L-attakk terroristiku f’Pariġi li ħalla Pulizija mejjet u darab tnejn oħra ħalla l-effetti tiegħu fuq l-elezzjoni Presidenzjali Franċiża.
It-tliet kandidati ewlenin ikkanċellaw avvenimenti marbuta mal-kampanja wara dan l-attakk, minflok għaddew il-messaġġi tagħhom fuq it-televiżjoni.
Fid-diskorsi tagħhom tkellmu dwar is-sigurtà u taw il-kelma tagħhom li jekk jiġu eletti se jkunu qed jagħmlu dak kollu possibbli biex iwaqqfu lill-Istat Iżlamiku.
L-Istat Iżlamiku qal li kien responsabbli wara dan l-attakk, l-aggressur fetaħ l-attakk f’Champs-Elysees hekk kif il-kandidati għall-elezzjoni Presidenzjali kienu fuq it-televiżjoni jiddibattu fl-aħħar dibattitu tagħhom qabel l-elezzjoni.
L-aggressur identifikat kien Karin Cheurfi, ta’ 39 sena li għandu rekord kriminali u huwa kien magħruf mal-Pulizija. Huwa nqatel mill-Pulizija wara dan l-attakk hekk kif kien qed jiprova jaħrab. Il-Prosekuturi indentifikaw lill-aggressur minn karti li ħalla fil-karozza.