Il-Kandidata għall-elezzjoni presidenzjali ta’ Franza Marine Le Pen esprimiet li minkejja li b’mod ġenerali taqbel mas-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja, hija topponi dawk relatai mal-provvisti tal-enerġija.
Le Pen, li flimkien ma’ Emmanuel Macron tinsab fit-tellieqa għal kariga ta’ President Franċiż, affaċjat kritika talli kienet qrib wisq il-President Russu Vladimir Putin anke f’dan iż-żmien ta’ gwerra.
Hija għamlet dawn ir-rimarki waqt intervista fuq stazzjon tar-radju Franċiż fejn saħħqet li ma tridx li minħabba dawn is-sanzjonijiet fuq l-enerġija Russa , jispiċċaw ibgħatu l-Franċiżi.
Franza, bħal numru ta’ pajjiżi Ewropej oħra, timporta ħafna mill-gass naturali mir-Russja sabiex tisuplixxi enerġija għar-residenti u anke għall-kummerċ.