L-istilla tal-genre tal-mużika rock, Marilyn Manson, indarab waqt kunċert f’New York meta waqgħu fuqu dekorazzjoni li kienet qed tintuża fuq il-palk.
L-oġġett, li kienu żewġ armi tan-nar kbar iżommu flimkien bl-għajnuna ta’ tip ta’ ħadid, waqgħu waqt li kien qed ikanta f’Hammerstein Ballroom.
Persuna li kienet fuq il-post spjegat li l-kantant spiċċa minn tulu fl-art għal madwar 15-il minuta mgħotti b’liżar sakemm ittieħed bi stretcher l-isptar.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.