Il-Ministru Evarist Bartolo ltaqa’ ma’ din l-istudenta li minkejja li dawn m’humiex eżamijiet faċli rnexxielha tilħaq l-aspettativi tagħha u timpressjona bil-marki li kisbet. Hija tkellmet dwar l-isfidi li affaċjat biex waslet għal dan ir-riżultat fosthom li hija qed taħdem matul l-istudji tagħha u għalhekk ma kienx faċli li tkompli bil-karriera tagħha fl-istess ħin li kienet qed tistudja. Fil-fatt, Marika taħdem bħala Assistant Financial Controller.
Il-Ministru għall-edukazzjoni Evarist Bartolo feraħ lil Marika u qal li hawn ħafna studenti Maltin li qed jirnexxilhom jiksbu numru ta’ suċċessi. Kien hawn li qal li bis-saħħa ta’ dawn l-istudenti pajjiżna qed ikompli jiżviluppa fl-edukazzjoni. Fil-fatt l-istudenti f’livell sekondarju li qed jsitudjaw fi skejjel tal-istat issa ukoll jistgħu jsegwu dan is-suġġett għall-ewwel darba, suġġett li diġà qed jiġi segwit minn 800 student.