Ftit jiem wara li temmet il-kariga tagħha bħala President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca inħatret bħala President tal-Bord Diretturi tal-Fondazzjoni Nazareth.
Fi stqarrija il-Bord tal-Fondazzjoni qal li fil-President Emeritu Coleiro Preca jħares ‘il quddiem għal aktar ħidma biex jingħataw kura, ħarsien u dinjità lill-persuni b’diżabbiltà fil-kura tal-Fondazzjoni.
Preżentament il-Fondazzjoni tamministra tlett idjar fil-komunità.
Il-Fondazzjoni Nazareth taħdem biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-persuni b’diżabbiltà.