Maria Galea inħatret bħala l-President l-ġdida tal-Malta Entertainment Industry and Arts Associatio.
Dan tħabbar fi stqarrija hekk kif ġie spjegat li Galea se tkun qed tieħu post Howard Keith Debono bħala president tal-assoċjazzjoni, li twaqqfet fl-2020.
Din l-assoċjazzjoni tirrapreżenta lil min jaħdem fl-industrija tad-divertiment u tal-arti.
Galea kienet involuta fi ħdan din l-Assoċċjazzjoni sa mit-twaqqif tagħha. Dan fil-kariga ta’ chair tas-sottokumitat tal-arti viżwali u wara bħala l-viċi president tagħha.
B’reazzjoni għal dan hija sostniet li s-setturi kreattivi m’humiex biss uniċi iżda wkoll vitali għas-soċjetà tagħna, u għandhom potenzjal bla limitu. Temmet tgħid li temmen bis-sħiħ li dawn is-setturi għandhom jitqiesu fuq l-istess livell ta’ industrji oħrajn, b’rikonoxximent tal-impatt soċjoekonomiku kbir li għandhom.
Hija, estendiet ukoll stedina għal min jixtieq jingħaqad mal-MEIA fl-isforzi tagħna biex tinbena infrastruttura u pedamenti sodi, u b’hekk jiġi żgurat effiċjenza, sostenibbiltà, aċċessibiltà.
Il-MEIA rringrazzjat lil Debono tal-impenn tiegħu, li qalet kien vitali biex titwaqqaf u tikber l-assoċjazzjoni għall-benefiċċju ta’ min jaħdem fl-arti u fid-divertiment.