Id-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara qalet li n-nies ma fehmuhiex wara li ddikjarat li ħafna minn dawk li jikkunsmaw il-kannabis għandhom xi ħaġa nieqsa psikoloġikament.
Id-dikjarazzjoni ta’ Deguara li min jieħu l-kannabis għandu xi ħaġa nieqes psikoloġikament qalitu quddiem xjentisti barranin li kienu qed jieħdu sehem fid-diskussjoni dwar ir-riforma fil-liġi tal-kannabis fil-kumitat parlamentari konġunt għall-affarijiet soċjali u tal-familja.
Deguara spiċċat tgħid li min juża l-kannabis mhuwiex ta’ karattru sod, fil-fatt intqal li dan ikun dgħajjef u ġrat xi ħaġa ħażina f’ħajtu.
Hija kienet qalet, “That a lot of these cannabis users there is something, what we call missing psychological, perhaps they have a weak character. Something have gone wrong in their lives.”
Filwaqt li Deguara kienet kostretta titlob apoloġija hija spiċċat waħħlet fin-nies li semgħuha b’mod ċar tagħmel dawn id-dikjarazzjonijiet u qalet li ġiet miżinterpretata. Deguara, li mhux l-ewwel darba spiċċat fl-aħbarijiet għal dikjarazzjonijiet differenti, fosthom meta qalet li l-vaċċin għall-Covid-19 mhuwiex is-soluzzjoni u li pajjiżna mhux se jkollu iżjed minn erbgħin elf doża x’jagħti lil poplu, imbagħad saħqet li pajjiżi fejn l-użu tal-kannabis ġie legalizzat, żdied il-bejgħ minn swieq illegali.
Hija sostniet: “Don’t forget that a lot of countries who have legalised it, the black market or the underground market have really exploded.”
Iżda din id-dikjarazzjoni ta’ Deguara ġiet ikkoreġuta kemm mill-President tal-għaqda ReLeaf Andew Bonello u anke minn espert barrani li kien qed jieħu sehem fid-diskussjoni.
Huwa saħaq: “Where cannabis have been legalised the black market has actually gone down not exploded. Yes, I would like to confirm, Canada, after a few years over 50% has now regulated market. So every year after the legalisation it’s more regulated and less is going to the black market.”
Il-Partit Nazzjonalista kien ukoll assenti għalkollox fid-diskussjoni permezz ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-white paper għal dekriminalizzazzjoni tal-użu tal-kannabis rikreattiva. Minflok, il-Kap Bernard Grech spiċċa jtenni li din il-white paper saret biss biex taljena liż-żgħażagħ.
Grech kien qal, “Robert Abela prova juża din il-kwistjoni tal-kannabis biex mingħalih jaljena, u rnexxielu wkoll sa ċertu punt għax is-survey tal-Ħadd li għadda wera li anke ż-żgħażagħ resqu aktar lejn il-Partit Laburista.”