Marco Bonnici se jkun wieħed mill-kandidati li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-Unjin Maltija għall-Għalliema , l-MUT.
Dan biex jieħu l-kariga li bħalissa qed jokkupa Kevin Bonello, li ftit tal-jiem ilu ħabbar li mhux se jikkontesta l-elezzjoni tal-unjin għat-terminu li ġej minħabba raġunijiet personali relatati ma’ saħħa.
Bħalissa Bonnici jokkupa l-kariga ta’ viċi president anzjan tal-istess unjin.
F’konferenza tal-aħbarijiet, Marco Bonnici qal li jrid jibbaża l-ħidma tiegħu fl-MUT fuq tliet prinċipji: għaqda, saħħa u determinazzjoni.
It-terminu ta’ president huwa ta’ madwar tliet snin u l-elezzjoni biex jinħatar President ġdid għall-MUT se tkun qed issir f’April li ġej .
In-nominazzjonijiet għal din il-kariga se jiftħu nhar it-Tnejn. Bis-Segretarju Ġenerali attwali tal-MUT, Franklin Barbara, ukoll qed jingħad li se jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-MUT .