Marco Bonnici mill-ġdid ġie elett bħala President tal-Unjin tal-Għalliema, l-MUT.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-unjin, fejn intqal li Bonnici se jservi għal tliet snin oħra, sal-2028.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan filwaqt li Elaine Germani reġgħet ġiet eletta Viċi President tal-MUT.
Il-Kunsill tal-MUT jinvolvi fih 29 persuna, li jirrappreżentaw il-gradi kollha tas-settur edukattiv.
Il-President Marco Bonnici rringrazzja lil dawk il-membri kollha li pparteċipaw fl-eżerċizzju.