Dr. Marceline Naudi nħatret bħala president tal-esperti kontra l-vjolenza domestika u abbużi domestiċi fi ħdan il-Kunsill Ewropew.
Dr. Naudi hija lettur fl-Università ta’ Malta, li hija magħrufa wkoll għall-ħidma kontinwa tagħha fil-qasam tal-vjolenza domestika.
Fi stqarrija l-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli, awgurat lil Dr. Naudi għal din il-kariga l-ġdida, fejn saħqet li dan jixraqilha ferm minħabba l-ħidma soda tagħha f’dan il-qasam.