Nhar is-sibt 18 ta’ Mejju il-kulleġġ Santa Margerita Skola Sekondarja tal-Verdala, se jerġa’ jorganizza l-Maratona ta’ Pool b’risq il-fondazzjoni Puttinu Cares.
Il-Maratona, li se ssir fl-istabiliment ‘The Point’ Tas-Sliema, tibda’ fid-9.30 ta’ filgħodu u tibqa’ għaddejja sas-6.30 ta’ filgħaxija.
Tnax –il student mill-Kulleġġ Santa Margerita se jkunu qed jikkompetu f’logħob kontinwu ta’ Pool. L-ewwel fażi se tara l-plejers maqsuma f’żewġ gruppi. Wara jsiru l-kwartifinali, is-semifinali u l-finali.
Waqt din il-Maratona se jinġabru fondi b’risq Puttinu Cares.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jattendi u jagħti l-appoġġ lil dawn l-istudenti f’din l-inizjattiva.

