Numru kbir ta’ tfal minn diversi nurseries Maltin qed jipparteċipaw f’tournament tal-futbol, organizzat mill-Youth Nursery ta’ Santa Venera Lightnings, b’risq Puttinu Cares.
Dan it-tournament huwa mifrux fuq jumejn, bit-tfal iħallsu ħames ewro li se jmorru għall-kawża ġusta.
Propju f’din l-attività, ġie inawgurat l-investiment il-ġdid li ħadem fuqu l-Gvern f’dan l-aħħar xhur fejn ta kmamar apposta biex jintużaw bħala uffiċini.
ONE News tkellem ma’ wieħed mir-rappreżentanti ta’ Santa Venera Lightnings, fejn irringrazzja lill-Gvern għal dan l-investiment.
“Għall-għajnuna li sibna min-naħa tal-Ministeru tal-Edukazzjoni b’mod speċjali mis-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti, fejn għandna dawn il-kmamar li peress li hawn isfel huwa tal-education ħafna mill-kmamar huma użati minn nies tal-Education, allura ma kellniex dak l-ispazju fejn jista’ jkollna uffiċju u store.”
Preżenti għal din l-attività kien hemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti.
“Bħala Gvern, permezz tal-iżvilupp u innovazzjoni fil-komunità, aħna nfittxu li ngħinu lill-għaqdiet mhux governattivi kif ukoll dawk volontarji, mhux l-inqas il-futbol Malti. Nafu u nirrikonuxxu kemm dawn l-għaqdiet bħal ma hija n-nursey ta’ Santa Venera jagħmlu ġid fost il-komunità, għalhekk permezz tal-għotjiet finanzjari bħal ma hu dan il-każ inawgurajna dawn l-uffiċini ġewwa l-grawnd ta’ Santa Venera.”