HITT Academy u Lions Club Mdina se jkunu qed jerġgħu itellgħu il-Maratona ta’ 24 siegħa logħob ta’ Table Tennis b’għan filantropiku.
L-attivita’ se ssir bejn it-12 u t-13 ta’ Diċembru fiċ-Centru Parrokjali Kristu Rxoxt f’Pembroke.
Il-ftuħ se jsir il-Ħamis 12 ta’ Diċembru fil-5pm, bil-logħob jibqa’ għaddej sal-għada 13 ta’ Diċembru, li tkun festa nazzjonali.
Il-fondi kolha se jmorru b’risq Caritas Malta.
Dawk li se jżuru l-maratona jkunu jistgħu jikru mejda għal siegħa sħiħa logħob għall-prezz ta’ 12 Euro filwaqt li se jkun hemm ukoll sessjonijiet immexxija mill-kowċ rinomat Mario Genovese.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jattendi u jagħti appoġġ lil din il-maratona.


