Il-Ġimgħa l-Kbira f’Malta bdiet b’ġest ta’ solidarjeta, bil-maratona ġbir ta’ fondi Puttinu.
Din il-maratona bdiet fl-għaxra ta’ filgħodu u se tibqa’ għaddejja sa nofsillejl. Din il-maratona qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni.
Id-donazzjonijiet li se jinġabru se jkomplu jgħinu biex Puttinu jwettaq il-missjoni tiegħu li jagħti għajnuna lil aktar pazjenti li jkollhom bzonn isiefru l-Ingilterra għall-kura.
Ilbieraħ wara nuqqas ta’ sentejn, eluf ta’ Maltin u Għawdxin reġgħu ħadu sehem fil-mixja tal-Ġimgħa l-Kbira li tittella’ b’risq il-Fondazzjoni Puttinu Cares.