Bejn it-Tnejn 15 u l-Ħadd 21 ta’ Ġunju, il-Partit Laburista se jtella’ maratona ġbir ta’ fondi b’differenza, bit-tema “Inkomplu Niġġeddu.”
Kif kien qed jagħmel fi snin li għaddew, il-Partit Laburista se jkompli jaġġorna l-politika tiegħu u jaddatta aħjar għall-futur, anke fi żminijiet ta’ bħalissa fejn pajjiżna qed jaffaċċja l-akbar kriżi mit-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn.
Għal dan il-Partit Laburista se jkun qed jiżvela aktar dettalji dwar l-attivitajiet li jiġu organizzati f’nofs ix-xahar id-dieħel.
Barra minn hekk, minn għada Manwel Cuschieri se jkun qiegħed jgħin lill-kumitati lokali f’dan il-ġbir ta’ fondi.
Din hija l-iskeda tal-ħinijiet tal-ġbir li se jibda mill-ġimgħa d-dieħla:
it-Tnejn – In-Nadur (17:00), ix-Xagħra (18:00) u Għajnsielem (19:00);
it-Tlieta – il-Gudja (17:00), il-Kalkara (18:00) u Ħal Luqa (19:00);
l-Erbgħa – Ħ’Attard (18:00) u Birkirkara (19:00);
il-Ħamis – il-Mellieħa (17:00), il-Qrendi (18:00) u l-Marsa (19:00);
il-Ġimgħa – Ħad-Dingli (18:00) u l-Imsida (19:00);
Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jikuntattja lill-membri tal-kumitati tal-lokal jew iċempel fuq 21249900.
Il-PL iħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem f’din l-inizjattiva biex flimkien “Inkomplu Niġġeddu”.