Mara ta’ 60 sena mill-Imġarr u żewġt itfal ta’ sitt u seba’ snin rispettivament, ittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku bejn tliet karozzi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3:45pm, fi Triq Sir Temi Zammit.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ix-xufiera taż-żewġ karozzi l-oħra ma ġarrbu l-ebda ġrieħi.
Il-kundizzjoni tal-mara u ż-żewġt itfal għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.