Tliet persuni – mara Maltija u żewġt irġiel barranin, ġew arrestati f’Tas-Sliema b’rabta mas-serqa li saret il-Ġimgħa filgħaxija fiż-Żurrieq, u li ħalliet raġel fil-periklu tal-mewt.
Fil-fatt, ONE News jinsab infurmat li fi ftit sigħat minn meta seħħet is-serqa, it-tliet persuni ġew arrestati mill-Pulizija waqt li kienu flimkien f’Tas-Sliema.
Fis-serqa li saret il-Ġimgħa, raġel ta’ sebgħa u sittin sena mill-Fgura tħalla marbut bi ġrieħi serji f’ħanut tal-ġojjellerija.
Il-Pulizija mistennija tinterroga lil dawn il-persuni fis-sigħat li ġejjin.