Mara ta’ 39 sena, residenti l-Qrendi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha, Mazda Demio, wara li kellha impatt ma’ vann Seddon Atkinson, li kien ipparkjat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-13.15 fi Triq is-Siġġiewi, l-Qrendi. Fil-Mazda kien hemm ukoll tifel ta’ erba’ snin li sofra minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.