Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li weġġgħet f’inċident tat-traffiku f’Għawdex.
Il-każ seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tat-08:00 fi Triq l-Imgħallem, iż-Żebbuġ Għawdex.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta, li għal xi raġuni, il-mara tilfet il-kontroll tal-karozza Toyota Vitz li kienet qed issuq u waqgħet f’għalqa, taħt il-livell tat-triq.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post sabiex jassistu filwaqt li l-vittmi ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdu b’ambulanza l-isptar.
Il-mara ġietiċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi, filwaqt li t-tifel li kien passiġġier fil-karozza sofra minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin