Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara inċident fil-Marsa.L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta ta’ ftit qabel is-sitta u nofs meta s-sewwieq ta’ karozza Toyota Vitz tilef il-kontroll u jidher li ħabat spiċċa ħabat mal-barriers u l-ħajt inti u nieżel mill-Marsa-Ħamrun Bypass lejn il-Marsa.
Ambulanza ħadet żewġ persuni – raġel ta’ tlettin sena minn Ħaż-Żabbar, u mara ta’ ħamsa u għoxrin sena mill-Fgura, l-Isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhijiex magħrufa.
Iż-żewġ persuni l-oħra li kien hemm fil-karozza jidher li ma sofrew l-ebda ġrieħi.