Mara u raġel it-tnejn min-Nadur weġġgħu gravi wara li kienu involuti f’argument fi stabbiliment f’Tas-Sannat ilbieraħ filgħaxija.
Il-Pulizija qalet kif meta marret fuq il-post sabu lir-raġel ta’ 33 sena b’xi ġrieħi allegatament ikkawżati bi flixkun tal-ħġieġ. Tim mediku issejjaħ fuq il-post u ambulanza hadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Fl-istess waqt il-Pulizija ġiet infurmata li aktar kmieni kienet iddaħħlet l-isptar il-mara ta’ 42 sen ukoll li weġġgħet fl-istess argument. Dwar dan il-każ, il-Pulizija qed tkellem persuna sabiex tgħinha fl-istħarriġ, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.