Ingliż ta’ 54 sena u Ingliża ta’ 53 sena, it-tnejn residenti l-Iklin, weġġgħu wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ illum, għal xi nofsinhar, fi Triq il-Wied, l-Iklin.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-mara kienet passiġġiera fuq mutur tat-tip Lexmoto li kien misjuq mir-raġel, meta dan tilef il-kontroll u waqgħu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei, fejn ixxufier ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief filwaqt li l-passiġġiera sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.