Żewġ persuni ġew arrestati b’rabta ma’ sejba tad-droga fiċ-Ċirkewwa.
L-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga kompliet bil-ħidma tagħha kontra t-traffikar tad-droga wara li l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta tas-sitta.
Iż-żewġ persuni li ġew arrestati huma raġel ta’ 35 sena minn Tas-Sliema u mara ta’ 38 sena minn Santa Venera, qrib it-terminal taċ-Ċirkewwa.
Wara tfittxija fil-vettura tagħhom, instab pakkett b’ammont tad-droga suspettata kokaina.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest illum għall-ħabta tal-ħdax u nofs (1130hrs) quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech LL.D, akkużat b’pussess aggravat ta’ droga kokaina u ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.