Wara jiem ta’ investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji, se jinħargu akkuzi fil-konfront ta’ kumpanija u kif ukoll mara ta’ ħamsa u erbgħin sena sena residenti l-Mellieħa.
Illum, l-imsemmija persuni se jitressqu l-Qorti taħt arrest għal ħabta tas-siegħa u nofs quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr. Claire Stafrace Zammit u se jiġu akkużati b’reati ta’ ħasil ta’ flus, fost oħrajn.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-kaz se titmexxa minn Dr. Antoine Agius Bonnici u Dr. Andrea Zammit mil-Ufficcju tal-Avukat Generali, assistiti mil-Ispettur Lianne Bonello u mil-Ispettur Ian Camilleri.