Mara ta’ 44 sena li tgħix San Ġwann weġgħet gravi wara li waqgħet minn fuq sellum u ġiet ġol-gallarija tad-dar tagħha f’San Ġwann.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq il-Fuxa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, isejjaħ tim mediku u kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.
Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.