Mara ta’ 26 sena mill-Gżira weġġgħet gravi wara li tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qed issuq, wara li ħabtet ma’ bankina u waqgħet.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq Birkirkara, San Ġiljan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.