Mara ta’ 51 sena li toqgħod il-Gżira weġġgħet gravi wara li ttajret minn karozza.
L-inċident seħħ għal xi t-tmienja neqsin kwart ta’ dalgħodu fi Triq D’Argens, il-Gżira.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara ntlaqtet minn Mazda, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 21 sena residenti Tas-Sliema.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet ċċertifikat li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.